It-tunsilli jghinuna kontra l-infezzjonijiet billi jiffurmaw celloli bojod li joqtlu l-mikrobi.
It-tunsilli hafna drabi jidhru mtaqqbin. Meta jkollna infezzjoni, il-mikrobi jidhlu go dawn it-toqob u jiffurmaw il-materja. Il-pazjent bit-tunsilli ffjammati jkollu glandoli minfuhin fl-ghonq, deni u anke wgiegh fil-widnejn. Facli li l-materja maghmula minn dawn il-mikrobi jinxtered mal-gisem u jista’ l-pazjent jispicca b’kumplikazzjonijiet fil-kliewi u fil qalb.
It-tobba jippruvaw kemm jista’ jkun ma’ jnehhux t-tunsilli izda meta jkun hemm mard ta’ spiss dawn iridu jitnehhew minhabba l-biza tal-kumplikazzjonijiet li semmejna. Meta t-tunsilli jkunu kbar hafna jitnehhew ghaliex jaghlqu il-kanal tan-nifs u ma jhallux il-pazjent jiehu bizzejjed ossiegnu waqt l-irqad.
L-asma hija kundizzjoni kommuni hafna specjalment fit-tfal. L-operazzjoni tatt-tunsilli ma ggibx l-asma. Hafna drabi innehhu it-tunsill ta’ dawk l-asmatici biex ma nhallux il-materja tinzel fis-sider.
L-operazzjoni tat-tunsilli tiehu madwar ghoxrin minuta u ssir that loppju generali waqt li l-pazjent ikun rieqed. Ma titnehhiex it-tunsilla ta’ gewwa l-ilsien biex b’hekk din taghmel tajjeb ghall-ohrajn li tnehhew u tibqa il-protezzjoni tal-grizmejn kontra l-infezzjonijiet. Importanti wara l-operazzjoni li l-pazjent jixrob u jiekol, izda jrid jevita zlazi u laring li jistghu jaharqulu grizmejh. L-ugiegh tal-operazjoni qisa dik waqt attack tat-tunsilli u jitlaq wara xi ghaxart ijiem. Rari li wiehed jara xi demm wara l-operazzjoni izda il-pazjent dejjem irid hmistax il-gurnata biex jirkupra sewwa.
B’din l-operazzjoni spiss tbiddel il-hajja tal-individwu ghall-ahjar ghaliex dan ma jibqax jimrad u jitlef l-iskola jew ix-xoghol, l-aptit jitjieb u l-izvilupp tat-tfal ikompli minghajr tfixkil.
© Mr. Adrian M Agius